SEHEM TA’ MALTA FIL-LEGGENDA
TA’ L-ANZACS
L-EWWEL GWERRA DINJIJA 1914-18
minn korrispondent specjali
Kull sena – fil 25 t’April – l-Awstralja u New Zealand jikkomemoraw JUM l-ANZAC, l-anniversarju mindu suldati Awstraljani u minn New Zealand inqatlu bl-eluf fil-battalja ta’ Gallipoli fit-Turkija fil-1915.
It-truppi Inglizi, Awstraljani, Francizi u dawk ta’ New Zealand fil-ghodwa tal-25 t’April illandjaw fil-bajja ta’ Gallipoli u l-bicca kbira minnhom jew gew maqtula jew midruba mis-suldati torok li kienu fuq il-quccata tal-gholja quddiem il-kosta.
Malta hadet sehem f’din t-tragedja ghax hija serviet ta’ kenn u ghajnuna ghal dawk is-suldati li ndarbu gewwa Gallipoli. Minn kważi 58,000 suldat li ndarab jew li marad fil-kampanja tad-Dardanelli, eluf ta’ suldati Awstraljani u minn New Zealand kienu evakwati lejn Malta għall-kura medika. U b’hekk l-istorja tfakkar li Malta giet imlaqqma bħala ‘In-ners tal-Mediterran’. Madwar 229 Awstraljan u 79 suldat minn New Zealand, spiċċaw biex mietu u ndifnu f’oqbra fil-gzira ckejkna Maltija.
Ic-cimterji li fihom jinsabu l-fdalijiet ta dawn is-suldati Awstraljani U MINN New Zealnd huma c-Cimiterju tal-Addolorata gor-Rahal Gdid, ic-Cimiterju tal-Pieta’ u c-Cimiterju tal-Kappucini fil-Furjana.
Kien l-ewwel Malti li gie maqtul flimkien l-ANZACS f’Gallipoli - Charles Bonvaia. Huwa twieled il-Belt Valletta fis-sena 1888. Missieru, Emmanuel, kien registrar fil-Qrati ta’ Malta u n-nannu tieghu, Tumas, sahansitra spicca biex sar Kurunell tar-Royal Malta Fencible Aliterri.
Charles Bonavia kien gie iggradwat bhala perit mill-Universita’ ta’ Malta qabel ma emigra ghall-Awstralja fl-1911. Bonavia ingagga fil-11th Battalion 3rd Infantry Brigade u minn Fremantle salpa ghall-Egittu fil-1914 biex ma shabu suldati l-Awstralhani jitqabdu fil-battalja kontra l-ghadu eluf ta mili l-boghod fit-Turkija.
Fit-8 t’April 1915 Charles kiteb ittra waqt il-vjagg tieghu lejn id-Dardanelles (it-Turkija) fejn qal lill-familja tieghu f’Malta li huwa jinsab f’sahhtu. Din kienet l-ahhar ittra tieghu qabel ma gie maqtul f’Gallipoli. Bonavia kien wiehed minn ta’ l-ewwel li gie maqtul waqt din il-kiefra battalja u l-katavru tieghu qatt ma nstab. L-isem ta’ Charles Emmanuel Bonavia huwa minqux fil-Monument tal-Gwerra gewwa Canberra kif ukoll fic-cimiterju ta’ Lone Pine fejn hemm midfunin 986 ruh – 471 suldati Awstraljani, 2 minn New Zealand 14 Inglizi u 499 suldati ohra midfunin go qobra minghajr isem.
Malti iehor li li ismu jibqa mnizzel fil-Helles Memorial fuq ix-xaqliba ta’ Dardanelles huwa dak tal-Maggur Herbert Sammut li waqt waqt il-battalja fuq dik l-inhawi tad-dinja halla hajtu u ismu huwa wkoll mnaqqx fil-monument tal-Gwerra geww Canberra, l-Awstralja. Fil-peninsula ta’ Gallipoli hemm 31 cimiterju li fihom hemm 22,000 oqbra. Il-fdalijiet ta’ 9000 suldat gew misjuba imma 13 000 minhhom qatt ma nstabu.
Hafna emigranti Maltin li gew l-Awstralja fil-bidu tas-seklu ghoxrin kienu uhud mill-midrubin go Gallipoli. Kien hemm iktar minn 800 haddiema li kienu taht il-kmand ta ufficjali Maltin. Suldat ta’ 27 sena, Giuseppe Camilleri, kien wiehed li halla hajtu f’Gallipoli u gie midfun vicin il-bajja hdejn ic-cimterju ta’ Ari Barnu vicin ANZAC COVE. ( 9 Qabar numru 4, filliera J).
Kull sena, proprju fil-25 t’April gewwa fil-gzira ta’ Malta ssir cerimonja ghad unur tal-ANZAC quddiem il-Monument tal-Gwerra l-Belt Valletta. Ghaliha jattendu l-President u l-Prim Miinistru ta’ Malta, Il-Kap tal-Oppozizzjoni, il-kummissarju Gholi Awstraljan u bosta dinjitarji ohra li jpoggi l-kuruni f’riglejn il-monument.
Kienet aħbar sabiħa meta sirna nafu li l-monument tal-ANZAC li l-Għaqda tal-Maltin/Awstraljani f’Malta , that ic-chairmanship tas-Sur Nicholas Bonello, waslu biex jibnu monument li jikkomemora l-ANZACS. Dan il-monument li se jkun mtella fl-Argotti, il-Furjana għandu jsaħħaħ sewwa il-ħbiberija bejn Malta u l- Awstralja. L-istorja tfakkarna fl-ewwel gwerra dinjija meta Malta saret l-isptar tal- Mediterrani u kif is-suldati tal-allejati kienu jispiċċaw Malta għal kura u mistrieħ qabel ma jirritornaw lura lejn il-battalja .
Fost dawn, kien hemm mijiet ta’suldati Inglizi, Awstraljani u minn New Zealand kif ukoll Indjani, Egizzjani u ohrajn. Bosta minnhom li spiccaw mejtin wara li gew midruba go Gallipoli huma midfuna f’Malta.
Bosta ghaqdiet għaqdiet u kunsilli Maltin fl-Awstralja kienu ġenerużi u rregalaw donazzjonijiet sbieh lill-kumitat li qed jiehu hsieb il-bini tal-monument. l-organizzaturi għamluha ċar li jridu jirringrazzjhom sinċerament.
Anki hawnhekk gewwa l-belt sabiha t’Adelaide, wara insistenza shieha tal-Konslu Malti Frank Scicluna, gie iffurmat u elett kumitat biex jiehu hsieb jigbor fondi biex jghinu fil-bini ta’ dan il-monument. Sar hafna xoghol u preparazzjonijiet u fit-2 t’April 2011 l-Kumitat tellghu avveniment mill-isbah – ANZAC DINNER DANCE – li ghalih attendew 580 ruh.
Fost l-mistednin specjali kien hemm il-Gvernatur tas-South Australia L-Eccelenza Tieghu Rear Admiral Kevin Scarce u l-mara tieghu Elizabeth, il-President Federali tal-RSL Rear Admiral Ken Dooley, l- RSL State President Statali Jock Statton, il-President tal-Fergha Maltija tal-RSL Charles Farrugia u bosta parlamentari kemm statali kif ukoll federali u numru sabih ta’ Maltin, Awstraljani u nazzjonijiet ohra.
Minn din is-serata ingabret somma sabiha ta’ flus. Dawn il-flus flimkien ma’ donazzjonijiet ohra ser jigu mibghtua lill-Kumitat tal-ANZAC f’Malta. Dan l-avveniment gie sponsorjat min Charles Figallo tal-Basetec Services Pty Ltd.
Ikun xieraq li jinghata rigrazzjament kbir li membri kollha voluntieri tal-kumitat, lil dawk kollha li b’xi mod jew iehor ghinu biex din l-okkazjoni tirnexx u thalli hafna qlieghi. Tkun haga mill-isbah li meta mmorru nzuru Malta fil-gejjini nzuru da nil-monument sabih li ghandu jsahhah ir-rabta li ga tezisti bejn Malta, l-Awstralja u New Zealand. Fir-ritratt: mix-xellug Liz Scarce, L-Eccelenza Tieghu l-Gvernatur Kevin Scarce, Frank Scicluna, l-Konslu Malti u Josie Scicluna