Serata mill-isbah tal-Iskola
tal-Malti t’Adelaide
Jikteb John Mangion
Nhar il-Gimgha 11 ta’ Mejju il-kumitat tal-Iskola tal-Malti zamm Lejla Kulturali Maltija gewwa s-sala tal-kunsill t’Enfield, Kilburn biex jiccelebraw il-ftuh
mill-gdid tal-iskola u t-30 anniversarju mit-twaqqif taghha.
Is-sala kienet kwazi mimlija u mzejna ghall-okkazjoni bl-ilwien prominenti abjad u ahmar. Il-mistednin specjali kienu il-Konslu Generali
tal-Philippines Dr Reynado Dante Juanta OAM u s-sinjura tieghu Mrs Cora Juanta. Dr Juanta huwa Professor tal-Edukazzjoni fl-Universita’ ta’ Manila
fil-Philippines
Is-serata bdiet b’diskors kommoventi minn Frank Scicluna, li ilu principal tal-iskola ghal dawn l-ahhar 28 sena u li huwa ukoll il-Konslu
Onororaju ghal Malta fis-South Austrlia. Huwa tagha l-istorja fil-qosor tal-iskola u
semma kif il-Maltese Guild tas-SA bdiet l-iskola tat-taghlim tal-Malti fi Frar
1982 – tletin sena ilu.
Ghal 29 sena l-lezzjonijiet dejjem kienu jsiru gewwa c-Centru Kulturali Malti ta’ Beverly u ghal bosta snin il-kumitat tal-iskola kien sotta-kumitat
tal-Guild. Frank fahhar hafna l-kumitat ghax-xoghol siewi li ghamel matul dawn l-ahhar xhur biex jerghu jghatu hajja lill-iskola wara li kellha talghaq ghal sitt xhur. Il-principal qal ukoll li issa li hemm hafna zghazagh godda u interessati fl-iskola u hemm probabilita’ kbira li l-gejjini tal-iskola ikun iktar sod.
Wara ndirizza l-udjenza l-Konslu Generali tal-Philippines, Dr Juanta, fejn fahhar hafna din l-inizjattiva’ tal-kumitat habrieki u tkellem fuq
l-importanza li l-komunitatjiet etnici jzommu hajjin l-lingwa u l-kultura taghhom gewwa dan il-pajjiz multikulturali, l-Awstralja.
Dr Juanta, f’isem il-mara tieghu, xtaq kull success lill-istudenti, l-ghalliema u l-genituri tal-iskola halli jkomplu jahdmu id f’id ghall-gid
tal-komunita’ Maltija tas-South Australia u ghall-preservazzjoni tal-Ilsien Malti u l-kultura Maltija.
Wara nzamm ‘sing-along’ taht id-direzzjoni ta’ Ron Borg fejn kulhadd infexx ikanta flimkien kanzunetti tradizzjonali Maltin – Lanca Gejja u Ojhra Sejra, il-Karrozzin, tal-Bigilla, L-Innu tal-Karnival u L-Ghanja lil Malta.
Inghataw certifikati lil dawk li dejjem ghinu lill-iskola u lill-membri tal-kumitat li huma Anna Farrugia, Josie Scicluna, Lawrie Caruana, Kimberley
White, Charles Calleja, Charles Farrugia, John Mangion u Jane Agius. Nghataw ukoll certifikati lil Charles Zarb, l-ewwel koordinatur tal-iskola, is-sinjura
Cettina Marsh u rrebieha tal-kompetizzjoni tas-70 anniversarju tal-Goerge Cross li giet imnieda mill-iskola tal-Malti u l-Konsulat Malti tas-South Australia.
Ir-rebbieha kienu Ron Borg, Bethany Marsh u Rebecca Freer.
Lawrie Caruana f’isem l-kumitat fahhar u rringrazzja lill-membri tal-kumitat specjalment lill-principal Frank Scicluna, lill-mistidnin specjali
u lil dawk kollha li laqghu l-istendina u gew bi hgarhom ghal din is-serata. Wara l-gheluq tas-serata kien hemm ikel tradizzjonali Malti ghal kulhadd – hobz biz-zejt, bigilla, galletti u pastizzi.
Issa nisperaw li kemm s-socjetajiet u kemm l-membri tal-Komunita’ Maltija jkomplu jissaportjaw l-iskola tal-Malti li minn dejjem kienet il-mimmi
t’ghajnejn tal- komunita’.
L-iskola hija miftuha ghal kulhadd, zghar u kbar, kull nhar ta’ Gimgha mis-7 sat 8.30 ta’ filghaxija fis-sala tal-Kunsill ta’ Enfield, LeHunte Street, KILBURN – li tinsab quddiem il-Knisja Kattolika ta’ Santa Brigida.