1.   NINNI LA TIBKIX IZJED



Ninni Ia tibkix izjed-  Ninni Gesu’ Bambin,

 

Hallih ghalina l-biki, -  ghax ahna l-midinbin.

 

Ejjew ejjew ja angli - mis-sema mija mija,

 

Hdejn Alla li halaqkom - Bambin gewwa l-fisqija.

 

Ninni……………………

Ejjew taraw b‘ghajnejkom -  lill-Alla kbir tal-hniena

 

Bambin sabih u helu -  ininni gol-benniena.

 

Ninni…………………



 
IL-MILIED REGA MAGHA http://www.youtube.com/watch?v=PlvAXzE5tTU&feature=relmfu



Titkanta fuq “the war is over”

Il-Milied rega maghna - It-twelid tal-Mulej

Twieled biex jifdina - Gesu il-feddej.

Ghaddew elfejn sena -  w ghadna ma sibniex

Il-paci fid-dinja - Wisq gwerrer u glied.

Meta ser intennu – li l-gwerra ghaddiet

Ninghaqdu fil-paci – ninghaqdu bhal hbieb.

Wisq rigali u ikliet – kanzunetti tal-Milied,

Ornamenti u tizjin – u ninsewblill-Bambin.

Mela ejja niftakru – xi jfisser Milied

Inwarrbu l-mibgheda – inwarrbu l-inkwiet

Naraw kif ser nghinu – u nadru ‘l xulxin

Nghelbu d-differenzi – bejnietna l-bnedmin                        



  1. 3.   WASAL IL-MILIED



Ejjew flimkien ningabru, U ndaqqu l-innijiet

Indoqqu l-ghanja helwa, tac-ckejken zghir Bambin

Li twieled f‘ghar ghalina, biex jifdi lill-bnedmin.

U nghannu ilkoll mal-angli,  li ttajru fuq l-gholjiet

Bil-glorja  helwa taghhom, Li dwiet fil-lejl ta‘ skiet.

Hekk xtaq Gesu’ tarbiia, Li iwieled f’dak f’dak il-ghar,

Li ghaqda jkun hawn dejjem, Bejn kbar u bejn iz-zghar

Sabiha l-armonija, Mhux biss bejnietna t-tfal

Izda’  anki meta ssibha, Bejn dawk li huma kbar.

Ghalhekk  flimkien iltqajna, U holqna poezija

sabiex nurukom ftit, Xi tfisser armonija

 

4.   Ninu Ninu tal-Milied

http://www.youtube.com/watch?v=Q4DZPP_KqE4



Ninu Ninu ta!-Milied, Ommi ghamlet il-qaghqiet,

Il-qaghqiet tal-qastanija, Santu Rokku tat-tigrija

U Dicembru rega’ maghna, ix-xahar kiesah tal-Milied,

Fejn nibaghtu l-kartolini, naghmlu l-helu l-kejkijiet.

Ninu………………….                                                                       

Go kull dar fit-tieqa nsibu, sigra twiela b’hafna dwal,

Qniepen bziezaq maghha ndendlu, tahtha npoggu xi rigali

Ninnu…………

Ukoll naghmlu il-presepju, il-Bambin fuq ftit tibniet,

San Guzepp u il-Madonna, xi ftit rghajja fuq l-gholjiet.

Ninnu…………

O tarbija mill-maxtura, fuqna zomm idejk ckejknin,

Thallix illi lilek noffendu, billi naghmlu il-hazin.

Ninnu ninu …………………..

Glorja lilek O Alla taghna,  Li twelidt  f’dal-lejl ta’ bard,

Risq u hena gid u paci, ibqa’ xerred fuq din I-art.

Ninu…………………



5.  LEJL TAL-MILIED
http://www.youtube.com/watch?v=YG5RA6CVBug&feature=related



Lejl tal-Milied- Kemm ferh inti ggib mieghek

Il-kwiekeb jiddu u jxerdu hafna sliem.

Tnissel il-ferh fil-qalb ta’ kull persuna

Tixghel id-dawl tal-imhabba kullimkien

Tfal ikantaw-  bil ferh li inti ggib mieghek

Kbar jallegraw - fl-ispirtu tal-Milied

Nghatu tifhir - minn qalbna lit-tarbija

Ma l-angli nkantaw - b’tant rispett u tant tifhir

Ma l-angli inkantaw - lill-Mulej Gesu Bambin                                          



6.  IS-SIGRA TAL-MILIED


Ejjew narmaw is-sigra

Is-sigra tal-Milied

Narmawha wara t-tieqa

Mimlija affarijiet.



Nghamlula l-hajt tal-fidda

Il-blalen tondi u kbar

Il-kwiekeb u l-fanali,

L-istitel u t-tajjar.



Imbghad nghaddula l-lampi

Jixghelu hdejn xulxin

Hemm hodor, sofor, vjola,

Bajdana u hamrin.



Fuq nett inpoggu l-kewkba

Tal-fidda bajdanija,

Trumbetti w pittirossi

Ileqqu kollha dija.


Ejjew narmaw is-sigra

Nghannulha zewg ghanjiet:

Xi gmiel ta’ sigra ghandna -

Is-sigra tal-Milied.                   


 

7.IL-PRESEPJU TA' TFULITI

(MIKTUBA FL-1959,
MALTA)


Bilkemm ghaxar snin kelli,

presepju hdimt id-dar;

insejt il-giri barra

ta' wara nofsinhar.


Kemm grejna, jiena u shabi,

ghas-saghtar! Ghajjenin

go djarna lkoll ergajna

bi xkejjer mghobbijin.


Qaluli l-hbieb kif naghmel

xi gholja wara l-ghar,

il-palm, il-belt fil-gholi,

u d-dawl kemxejn musfar.


Xi ftit pasturi xtrajthom

bil-flus li kont gemmajt,

il-magi u l-igmla taghhom

m'ghand tifel iddubbajt.


Il-mithna fuq il-gholja

ghamiltha tal-kartun

u f'id ir-r'ghajja kollha

deffist ukoll bastun.


Tajjart fuq l-ghar zewg angli

u rbatthom b'zewg hajtiet,

u iehor qed ihabbar

lir-rghajja bil-merhliet.


U meta l-lejl imqaddes

li twieled Gesù fih

bhal holma wasal fuqna

u qalbi ddawlet bih,

bidla tal-ghageb saret:

hassejt li gewwa l-ghar

kull wicc pastur ha l-hajja

u b'demm il-Hajja far.

Ghalija s-siegha kienet

milja ta' ferh bla tmiem,

siegha ta' hajr u tama,

ta' mhabba minghajr kliem









 



 



 



 

MALTESE DIASPORA WEBSITE AND NEWSLETTER 0