KBURIJA GHAX GHAMILT IL-MATRIKOLA TAL-MALTI
IL-GHALA GHANDNA NIBZGHU GHALL-ISKEJJEL MALTIN FL-AWSTRALJA

Minn Jane Agius - Findon, South Australia

Jiena ddispacini hafna meta qrajt u smajt li l-awtoritajiet tal-edukazzjoini aktarx inehhu l-Malti mill-lista tal-lingwi li jigu offruti ghall-klassijiet tal-kbar Year 11 u Year 12 South Australian Certificate of Education (SACE) ghax in-numru tal-istudenti li jaghmlu dan l-ezami naqas.
Jiena ftit snin ilu hadt l-opportunita' biex naghmel dan l-ezami tal-matrikola (SACE) fl-iskola tal-Malti t’Adelaide. Fil-klassi kellna tlett studenti ohra.
l-ewwelnett nirringrazzja lil Frank u Josie Scicluna, Anna Farrugia u Anna Agius li qed jahdmu minghajr hlas u jistinkaw biex imexxu din l-iskola. Mr.Scicluna huwa mhux biss il-Principal tal-iskola ghall dawn l-ahhar 22 sena imma wkoll l-Konslu Onorarju ta' Malta fis-South Australia. Huwa jipprepara l-istudenti l-kbar ghall-ezami tas-SACE.
Fl-iskola tal-Malti hemm erbgha klassijiet ghaz-zghar(tal-bidu), l-intermediate, ghas-SACE u ohra ghall-adulti. L-iskola taghna ilha tghati dan is-servizz mill-1982 gewwa ic-Centru Kulturali Malti 6 Jeanes Street Beverley.
Jiena wkoll ninsab ferhana li l-iskejjel Maltin tal-Awstralja ser jinghaqdu u jiffurmaw Federazzjoni Nazzjonali halli jahdmu flimkien u jtejbu t-taghlim tal-Malti. Fl-istess hin din il-Federazzjoni tkun tistgha titkellem dwar l-iskejjel Maltin mal-gvernijiet tal-Awstralja u ta' Malta biex isahhu u jghinu l-iskejjel halli dawn ikunu jistghu jipprovdu servizz edukattiv mill-ahjar u jhajru iktar studenti biex jattendu.
Qatt ma kont nobsor, li wara li spiccajt l-iskola f'Malta 25 senu ilu, kien se jkolli cans li nerga mmur nitghallem l-iskola. Dawk is-sentejn kienu ghalija ta' profitt edukattiv kbir u ksibt hafna nformazzjoni specjalment fuq l-istorja u l-kultura ta' Malta.
Jiena bniedma li nhobb nikteb u naqra proza u poezija bil-Malti u xi kultant anki nikteb poeziji. Nsemmi ftit mix-xoghol li ghamilt waqt li kont qed nipprepara ghall-ezami u li sibtu ferm interessanti. Jiena ghamilt progett fuq il-Hakma tal-Inglizi f'Malta 1898-1974 u ksibt informazzjoni sew mill-kotba mghtija lill-iskola mill-Kummissarju Malti kif ukoll minn fuq l-internet dwar meta Malta kienet mahkumha mill-Inglizi - mill-perijodu ta' wara t-tkeccija tal-Francizi sal-Jum l-Indipendenza.
Jiena tghallimt hafna wkoll fuq l-istorja tal-Kavallieri ta' Malta, fuq il-bini tal-Belt Valletta, il-monumenti storici li jinsabu madwar Malta, it-tempji neolitici u s'intendi l-izvilupp tal-lingwa u l-grammatika Maltija.
Ghamilna ukoll studju fuq l-istorja tal-emigranti li hallew Malta f'dan l-ahhar seklu, kif ukoll tkixxift fuq il-'White Australia Policy' li l-Gvern Awstraljan zamm ghal bosta snin u li anki effetwat lil bosta Maltin emigranti. Ghamilt studju fuq il-kultura u l-geografija ta' Malta u fuq id-drawwiet u l-wirt tal-Maltin tal-imghoddi. Kif qed taraw il-kors tal-Malti huwa interessanti u nformattiv hafna.
Gbart hafna informazzjoni fuq diversi suggetti u bix-xoghol li ghamilt irnexxili kemm jiena kif ukoll l-istudenti l-ohra rnexxilna nakkwistaw sew fl-iskola kif ukoll fl-ezami pubbliku marki mill-ahjar. Dan l-ezami jigi ppreparat mill-"Board of Studies" ta' Victoria.
L-istudju li ghamilna kien ta siewi kbir ghax anki uliedi ghad jirbhu minn dan it-taghlim. Ghalhekk naghmel kuragg u nheggeg il-familji Maltin mhux biss t' Adelaide imma tal-Awstralja kollha biex jibqu jissaportjaw lill-iskejjel Maltin halli nibqghu nzommu hajjin l-Ilsien Malti u l-kultura Maltija u l-istorja sabiha ta' Malta. Ikun dnub jekk nitilfu l-lingwa taghna ghax la darba l-lingwa taghna tispicca u tmut ikun ferm difficli biex nergghu ntuha l-hajja.
Ghalhekk naghmel appell kbir biex ninghaqdu u nghatu kull support lill-Iskejjel Maltin u nibghatu lill-uliedna biex jitghallmu l-lingwa taghna. Jiena ghandi erbgha t'it-tfal u kollha attendew l-iskola taghna u dejjem hadu hafna taghlim u hargu sodisfatti.
Nirringrazzja ukoll lis-Sur Lino Vella, l-editur ta' THE MALTESE HERALD, L-unika gazzeta Maltija fl-Awtsralja, ghall-ghajnuna li dejjem tagha lill-iskola taghna. Fl-istudju taghna wzajna hafna mill-artikli li dehru fuq din il-gazzetta, specjalment dwar il-lingwa u l-kultura Maltija.
 
   
 
MALTESE DIASPORA WEBSITE AND NEWSLETTER 0