Daqs cerv li jingagga f'taqbida mortali ghall-kisba tad-dejr u l-wens ta' familtu,
Jew demgha mikwija li tirzah f'kaskati mudlama fl-isforz sabiex tliggem lill-qalb ingazzata.
Daqshekk jien, Mulejja, nitghakkes u noghlob, u nrieghed sisieni, bit-tama li nifhem is-snajja ta' jdejk...
NORBERT BUGEJA.
|
Hemm art fil-boghod Li nsiet id-daqqa tal-mohriet. Hemm art fil-boghod Tistrieh kuljum fis-skiet. Hemm art bla sid, Hemm aret bla gieh, Misteru ma tafx kif issolvieh. Hanin il-jum li jdawwal il-holqien. Hanina x-xemx li ssahhan dak l-imkien... Ahjar mid-dlam tal-lejl Fejn ma tasax u thossok qieghed wahdek, bla kuragg.
Hemm art fil-boghod... Li nsiet kif taghti l-frott.
DENISE MUSCAT.
|
L-imhabba hi bhal arja; li tiksi bil-hmura, li tostor il-hdura, fil-qalb ta' l-umnaita'.
L-imhabba hu bhal xarba; li tinzel ghaskija bhal xita sajfija, li ssikrek bl-immensita'.
OWEN BONNICI
|
(b'referenza ghal pajjizna).
Gebel jghodd zmienu ftakar f'hakma rrezistibli meta l-karba mahnuqa ta' gensna talbet b'herqa lill-barrani... Theddida ssegwi ohra, hniena mill-anqas poplu hawtiel, fundatur ta' l-iskjavitur.
Bhas-soltu, intasabt f'rokna ghall-kwiet, tgerbibt f'xibket il-hsieb, harist biss lejn ir-raddi t'art twelidi u smajt l-eku ta' poplu mugugh.
Illum, kuntenti bl-istorja ta' pajjizna naccettaw il-passat oskur li hmiena fih, nibku x'hin niftakru f'dulluvju ta' demm iffossilizzat li nizel qisu lava u ghammed lili u lilek.
Kennith Busuttil.
|
F'dil-mixja ta' bla tmiem, din l-ghajta mwarrba qalb nies ma jisimgux, qalb qlub bla qalba f'dil-hajja bla waqfien, il-vuci tghajjat bla hadd ma jaghti kas jew irodd harsa. Ucuh weqfin, imfakar ta' l-imghoddi ilissnu s-serjeta' mill-hjut t'ghajnejhom ohrajn mexjin weqfin bla ma jitharrku. Min jista'jifhem l-ghan ta' din il-hajja li nghixu lkoll b'solennita qaddisa fil-waqt li ndommu storja wara storja tifkira mejta ta' grajjiet mghoddija li sehhew darba fl-oraklu ta' dejjem? fil-fond bla sens ta' qalb il-bniedem qedgha -twegiba mistoqsija, dawl li ntefa!
Geoffrey. Attard.
|
Meta l-poeta jikbi Alla jikbi mieghu u d-dinja lanqas biss tinduna.
Noel Fabri
|
Harist lejn folla u m'gharaft lil hadd. Mohhi bqa' jahseb u jistqasi, iberren u jfittex. MA WAQAF QATT.
X'gara? X'qed jigri? X'ser jigri? Insejt jew ma ntbahtx? Jew kollox sehh xhin jien ma stennejtx?
Mija, elf u aktar mistoqsijiet.
Hars fil-vojt: bla sens it-twegibiet Mohhi jistqasi biss, Imma x'qed jigri madwari ma nafx.
KAREN CASCUN.
|
Imhabbti Vessuvju sparkjat imdawwar b'ward li ma jxewwikx.
Imhabbti gawhra topazja mimlija bellus u fjuri imbexxin.
Imhabbti qatt ma tispicca, le Imhabbti qatt ma tispicca, qatt.
AARON BORG.
|
Is-sewwa jirbah zgur, jekk itellaq wahdu.
Is-sewwa jasal l-ewwel jekk jizgicca l-korruzzjoni. U jekk jittanta jizgiccha... hemm zgur jispicca wahdu.
Is-sewwa 'l fuq mill-bniedem, sahanhrista 'l fuq minn Dak. Ghax waqt li Dak faccol, is-sewwa qatt ma jinjorak.
Is-sewwa jirbah zgur tassew, bil-fatti mhux bil-kliem. Arah kemm jiflah jigri, xbin, ga qieghed fuq quddiem.
ADRIAN GRIMA.
|
nixtieq norqod raqda profonda f'dinja kalejdoskopju u tonda imbagha inqum u nsib kollox mibdul b'harsti mifxul.
DENNIS ARRIGO.
|
Dahqitli t-tfajla tal-Kamarata b'xufftejha mizbugha bil-bjuda ta' l-ahhar tad-dinja.
F'ghajnejk nisma' kliem jikwi, b'ghajnejk nara l-htija tat-tbatija, m'ghajnejk inhoss il-fidwa, u mas-sliem, id-dahka.
imma l-forma tintrema bhal f'mohh minghajr hsieb, f'muzika minghajr widna fi stampa vojta. U ssir grotteska l-intimita'.
Bighejt ruhi lil tfajla mill-Kamarata.
BERNARD CAUCHI.
|
Ghad nidra niumxi wahdi, u ma nfittixx lanqas il-kuntentizza. X'hin m ajarani hadd narmi htijieti go sqaq li baqa'vojt, nghattihom b'bikja. U int ma tkun atf b'xejn. Terga' tixxabbat mas-swar tal-belt antika, u tiftakar tistad darb'ohra f'qalbi ghall-memorji, thabbatli mal-bibien u ssib fuq l-ghatba il-mistoqsija tieghi tghidlek tidhol. Imbaghad tifhimni f'kollox u tfittixni fid-dlam tal-katidralli b'lampier f'idek, bhal ruh li minghajr fidi, tibqa' temmen.
Ma taghrafnix, ghaliex inkun drajt nimxi, fil-belt li m'ghadhiex tieghi, wahdi, wahdi.
John aquilina.
|
bla tmiem kompliet bla waqfiet minghajr atturi bla dawl u bla figuri: biss bil-bikjiet swiet ghax il-ferh kien vojt -insinifikanti- bhal werqa f'rebbiegha li f'harifa tintelaq 'l hinn mis-sigra tal-hajja.
ANDREY FAVA.
|
Mhux minn jeddi nohloq dil-liturgija. titnissel biss mill-imhabba, mill-hemm, mid-demm. Ghalhekk dan ir-ritwal stramb. Ghalhekk dil-poezija.
NOEL FABRI.
|
L-imwieg tal-bierah kaxkru mal-hitan tal-hgieg ta' dari- u belghuni.
Qomt imgezwra fil-gazzetti, u tlahlaht fiz-ziffa tar-Rebbiegha. Rajt banda ghaddejja: ersaqt mal-genb u dort in-naha l-ohra.
Ix-xwejha dendlet l-ahhar demgha wara l-antiporta: u jien ergajt bhat-tfal impingi barra l-linja.
KAREN VELLA.
|
velu mcajpar zelaq fuq l-istagun ikhal. flok ix-xemx blu il-griz tal-bizgha fl-ucuh li ghada ma tafx ser igib. flok il-friefet jinnamra gharwien mal-ward il-passi vjolenti ta' min ifittex ir-roqgha tal-paci. flok l-ghanjiet tan-nisa jizirghu l-qamh bellusi l-matutrin tal-bombi jinfaqghu u jifqghu. flok l-utopija l-ahbarijiet jivvumtaw it-tili tal-mewt.
SERGIO GRECH.
|
Jiena z-zingara mcercra ta' bla isem, li n-nies normali tikklasifika bhala illegittima. Jiena n-nota mzarzra f'sinfonija perfetta. Jien naf, mhux hafna, izda bizzejjed. L-Gharfien tieghi hu l-abbiss li fih mitlufa, u ghalhekk jien zingara, u nhoss din l-art bhal forma astratta: flessibli u placida. Ruhi titniehed fiha biex trabbi l-gheruq f'hamrija stabbli. Izda nhoss gheruqi jifgaw fihom infushom, jinqerdu jinqerdu. Niftakarni fi tfuliti nigri wara l-fatat tieghi nnifsi; u nieqaf bla nifs, mohhi mtaqqal, imhawwad.
Hajti nhossha labirint f'univers strangier dik il-bojja minuskola titqabad fil-mewg qalil. Jien naf li qed nghix. Il-problema, hi din biss illuzjoni? Tikka miblugha fl-enormita' taghha....
ELAINE AQUILINA.
|
Illejla se nohrog minni nnifsi u se nfittex fl-arkivju ta' ruhi nigbed il-mazzra tal-hajja u nghodd l-elf lejl imqajjem nghanni poeziji li qatt ma nkitbu.
DENNIS ARRIGO.
|
Muntanji henjin gholjin tiddominaw b'urgenza fuq il-gzejjer ckejknon inhares lejkom u nitpaxxa ghax niftakar f'nostalgija... kont bhalkom liberu, vergni, bajdani... izda bhal bocca bajdanija li tgharrax sidirkom u twitti truqitha u fl-ahhar tisfuma fix-xej' hekk tkebbibt jien u t-tieqa tad-dinja infethet u harset lejja u sellmitli ghax ftakret illi bhalkom kont kbir imma ccekkint kont gholi imma tkebbibt kont nezisti imma issa qed nghix...!
IVAN DE BATTISTA
|
| lejl sikta. swar abiss. qmis swat. dirghajn ugigh. mili t'gheja. gazzetta solitudni.
fejn issalpa harstek, Mulej?
SERGIO GRECH.
|
(lil alfred palma).
Konvint, bla nghir li f'dinja ohra Shakespeare u Dante jilqghuk u jorddulek hajr!
NOEL FABRI
|
Got-tejatru fqir tieghi mimli trab minghajr kumdita' tfaccajt minn wara s-spiarju mbexxaq inlissen monologu riflessiv milqugh bl-ibbuwjar ta' l-udjenza. Tellifthom bi kliemi minn intermezz anesttetiku. Mill-ewwel filliera l-mewt capcpitli u flimkien harisna 'il fuq fejn tlaqqghu smewwiet tal-kartun jghassu mdejqa fuq hajjiet artificjali.
Mario Caruana.
|
Lunatorju dlam. kesha kiesha. bibien hela. folji dizappunt. kuncerti mcallsa. krucjati waqghat.
sergio grech.
|
ghad jinzghu s-sigar ghad idub is-silg ghad jintefa n-nar u jien inkun ghadni hawn nistenniek fuq qabrek nibki l-ombra mdella tieghek.
DENNIS ARRIGO.
|
Fuq l-irdum immur Hemmhekk fuq dak il-gholi Gholi fejn iz-ziffa U l-hoss tal-mewg Biss jilhqek.
Thalli kollox warajk. Il-gegwigija tan-nies Is-sriep qalb it-tgegwigija U l-velenu qalb is-sriep Il-velenu li jmewwet.
Jghidu li l-mewt isserrah izda mhux din. Ghax din toqtlok u tifnik Bhal sigra wieqfa li ma taghmilx frott Ghajjiena wisq.
Ghalhekk ha mmur hemm U nibqa' hemm Ghal ftit minuti biss Jew forsi ghal dejjem Sakemm jigu jehduni.
JOSIANNE MAMO.
|
lejn id-dawl bid-dlam. ferah qatigh illum gensi haddiem intebah fejn jinsab, ghad illi dam, izda d-dawl urih, ghad li biex sabu, kellu jaghmel zmien twil, wieqaf, fid-dlam. id-dlam, ghal gensi kien, l-akbar ghalliem, li geghelu jhobb lid-dawl u jghix fis-sliem.
MARIO GRISCTI.
|
F'hajti hemm zwieg bejn xewqat u liturgija: jwelldu dlam u poezija.
NOEL FABRI
|
Fil-holma taz-zmien dahhalt idi u pinzell mieghi fil-kustat ta' tifel iswed.
U qalb l-ilma qieghed, l-injutanza tal-fortuna, vizjoni ta' dinja ta' dinjita'. sibt gerha bid-dubbien.
6-3-99 BERNARD CAUCHI
|
Hajjitna mumenti, u ahna kuntenti bl-ispazji bejniethom. Hajjitna sensiela ta' parties mahsuba li jfallu hlief meta jtaptpulna minn wara u jaqtghuna mill-biza' li nfallu. Hajjitna sensiela tistenna biex tieqaf imqar darba wahda... u tissokta.
ADRIAN GRIMA.
|
bhal xih li skada zmienu, Hekk jien. Bhal warda mfarfra ghax niexfa, Hekk jien. Fejn int ja ghana helu? Tinhbiex ghax ma niflahx Nixtieq bhal qabel tbusni W' tfissidni b'dawk subghajk. Fejn hi dik l-id ghatxana Biex tahfen taht dirghajk Dan gismi gheri w'dghajjef Mirzugh, mitluq hemm fl-art?
Bla lewn gismi u mghaddam M'ghandux il-genn tad-demm Ibaqbaq gewwa l-vini Bhal-lava li tikwini W' li qatt ma ridt tintemm.
MARIA CUTAJR.
|
jien tlajt u nzilt fit-toroq u mxejt f'dezert hafi izda bqajt ma sibt xejn imkien hlief mibgheda u ipokrezija li isaltnu kullumkien.
DENNIS ARRIGO.
|
L-imhabba ssahrek timlilek hajtek bil-hena taghtik sens fil-hajja tghollik fil-genna fis-seba' sema iggennek, tferrhek, isshhrek, tghollik, issabbtek, tghallik, tishtek, tkiddek, taghmillek hajtek mizerja, tgarak fil-qiegh ta' l-infern fin-nar ta' dejjem meta titilqek u s-seher jintemm.
MELANIE CINI.
|
META L-MEWT M'GHANDHIEX STAGUNI |
Inutli fil-hajja tfittex ir-raguni, meta l-mewt m'ghandhiex staguni.
NOEL FABRI
|
Kif gera s-shab baxx mas-smewwiet, u gheb f'art il-boghod mill-mewgiet, ghagglet toghdos ix-xemx bla raggi, ghajjiena, ghall-qiegh l-orrizonti ta' l-ibhra sewdiena; hekk kif mar u stahba il-granc, kwazi fgat ghal gewwa l-hofor skolpiti fond fil-blat.
Mulej issa wahdi hawn jiena- esposta ghar-rwiefen gharwiena, il-JIEN fgat u ghajjien, u fid-dalma tal-lejl ghal-fetha tal-bajja ninsab.
Hallejtni hawn biex naqdef bla moqdief, bla ma fadalli tarf tal-jum, issa mitmum.
AUDREY ANN FAVA.
|
ghajnejk maqdes ta' ibhra. minnek insensel parametri ta' utopiji. ghalik nidel il-lejl f'poezija. gismek gizimin senswali.
SERGIO GRECH.
|
ghani, fqajjar, marradi, imlibbes sewwa-gharwien, bajdani jew samrani insomma int u jien.
kulhadd, kull min ha l-hajja xi darba jrid jintemm il-ligi tan-natura kitbet: kulhadd ghal hemm.
MARIO GRISCTI.
|
Ferha hadt u stordejt inxomm ix-Chanel fuq ghonqok vergni bhal fjur ibbalzmat fil-gardina.
AARON BORG.
|
Il-hin sar ihabbru bl-iskossi. Taht it-toqol taz-zmien, l-arlogg ukoll lanqas ghadu jiflah jitkellem.
NOEL FABRI.
|
Fejn mar in-nar ta' mhabba x-xrar? Intefa' d-dawl l-ghajnejn u sfar lewn il-haddejn. Gheb fix-xejn il-gmiel tas-skiet kotran: u gzuz ta' rwieh taru marrih biz-zmien. Int biss bqajt. Ziffa helwa qalb l-irmied, xrara minn goz-znied. Etern.
LAWRENCE ATTARD.
|
WARDA GHAL KULL REBBIEGHA |
hemm karba li qatt ma nstemghet, hemm talba li qatt, ma nzerghet, hemm gisem jitmermer go qabar, hemm ruh tistenna, is-sabar, hemm univers sieket, ixerred is-sliem, hemm warda ghal kull Rebbiegha, biex tfewwah u twarrad kull zmien.
NOEL FABRI.
|
Ilbierah kont se naqsam u kienet ser taqsamni karozza, kien id-dlam u dallamt ruhi. Waqajt u hareg id-demm. Illum ma kontx se naqsam, m akienx hemm karozzi. Kien id-dawl, u dallamt ruhi, waqjt u ma harigx demm. Hareg id-dmugh!
NATHALIE MICALLEF.
|
Ninxtehet gheri fil-berah infinit ta' dawk l-ghajnejn, nizzaghbel fil-bahh oskur t'gherien koralli, sensija sfukati f'wegghat il-fantazija; u fis-safa izraq t'ghajnejh bikrija, ntieghem il-gawhar kristalli ta' l-ghanja t'Alla, li zejnet lil ghajnejja fit-tfulija, u tbieghdet sa ma ntfiet f' din iz-zoghzi
|
|