Ma kontx naqbad il-pinna biex nikteb fuq dan is-suggett kieku ma rajtx li sal-lum ghad hawn hafna fehmiet imghawga dwar il-htiega tat-taghlim tal-Malti. U qatt ma ktibt fuq hekk ghaliex jidhirli li mhux ta' min ifakkar f'dak iz-zmien ta' ghajb kbir ghalina l-Maltin li kellna naraw f'Malta glieda kbira ta' fehmiet bejn il-Maltin stess fuq il-jedd ta' l-ilsien Malti. M'iniex nghid ghan-nuqqas ta' ftehim fuq xi rqaqat fl-ortografija, imma qieghed nghid li jmissna nhammru wiccna meta niftakru li, sa flit tas-snin ilu, il-Malti kien ghadu mitkellem biss fit-toroq u mwarrab ghal kollox mill-qrati u mill-iskejjel. U la kien maghruf il-Malti safi u lanqas dak li mhux safi. Lil dawk li donnhom ma fehmux il-jedd u l-htiega ta' l-ilsien Malti lil dawk li, kieku kien min ghalihom, il-Malti ghadu kif kien, imwarrab minn daru; lil dawk kollha nghidilhom iharsu tejn il-hajja tal-poplu taghna. U nistaqsihom: Min jahti ta' dan in-nuqqas kbir ta' edukazzjoni fost il-poplu Malti? Min jahti ta' dan il-liven baxx fil-kultura u f'kull taghlim mehtieg mill-poplu taghna? Ikunu tassew boloh u bla ghaqal jekk huma jwiegbu li dawn in-nuqqasijiet hekk kbar u li ilhom zmien twil fil-poplu taghna, huma l-htija tal-qawmien u ta' l-indhil ta' l-ilsien Malti li ghadu kemm beda jiehu r-ruh fi zmienna. U ma tridx gherf wisq biex tifhem x'kienet il-htija li l-poplu taghna baqa minn dejjem mizmum hekk. ll-kwistjoni ta' l-ilsien Malt hi marbuta ma' l-istorja ta' Malta. II-gzejjer taghna kienu minn dejjem taht il-hakma tal-barranin li ma kienx jaqblilhom li jghinu l-izvilupp ta' l-ilsien Malti ghax kienu jafu tajjeb li l-ilsien tal-pajjiz mahkum jgib mieghu qawmien nazzjonali u jnissel fil-qlub mahkuma u mjassra sentiment kbir ta' patrijottizmu. F'din il-qaghda l-poplu taghna kien jahseb u jitkellem kif riduh il-barranin. L-ilsien taghna qatt ma kien maghruf bhala kien ufficcjali, la mill-Gvern Civili u lanqas mill-awtoritajiet tal-knisja.
|